Il-programm tagħna

Kunsilliera eletti f’isem Alternattiva Demokratika jaħdmu flimkien ma’ kunsilliera oħra u jagħtu prijorita lill-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti f’oqsma bħall-ambjent, saħħa, edukazzjoni, servizzi fil-komunita, kultura u sigurta’.

Inklużjoni u identita

Kunsilliera ta’ AD jinsistu li attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali jinvolvu l-akbar numru ta’ nies u għaqdiet possibbli fil-komunita. Attivitajiet differenti għandhom jolqtu setturi u interessi diversi fil-komunita filwaqt li jippromwovu l-kultura, l-identita lokali, u l-bini ta’ sens ta’ komunita. Enfasi partikolari għandha ssir fuq attivitajiet sportivi u fejn it-toroq fil-qalba tal-komunita jingħataw lura lin-nies.

Spazji pubbliċi u miftuħa għal kulħadd

Kunsilliera ta’ AD jinsistu li spazji pubbliċi jibqgħu pubbliċi u jiddefenduhom minn żvilupp bla rażan. Spazji miftuħa f’żoni urbani għandhom jibqgħu ħielsa u l-uniku żvilupp għandu jkun ta’ pjazzez, ġonna u spazji rikreattivi.

Fejn possibbli ġonna pubbliċi għandhom jiġu atrezzati b’apparat modern u sikur għal-logħob tat-tfal. Għandu jkun hemm ukoll attenzjoni lejn il-kreazzjoni ta’ spazji fejn adoloxxenti u żgħażagħ jirrikreaw ruħhom – per eżempju b’apparat  tal-logħob iddisinjat apposta għalihom.

Għandu jkun żgurat li kull spazju pubbliku jkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni b’diżabilita, anzjani, tfal, u ġenituri bi tfal żgħar.

Toroq u lokalitajiet isbaħ

Kunsilliera ta’ AD jaħdmu biex it-toroq u l-bankini jkunu fi stat tajjeb u aċċessibbli.  Għandu jiġi żgurat li jsir xogħol ta’ manutenzjoni professjonali u mhux bl-addoċċ.  Attenzjoni partikolari tingħata lill-bankini xierqa, aċċessibbli għal kulħadd. L-ispazju għal min jimxi għandu jiżdied fit-toroq tagħna.

Jitħawwlu siġar indiġeni fl-ispazji pubbliċi u fejn possibbli anke fit-toroq. Toroq bis-siġar huma aktar attraenti. Fl-istess ħin itaffu l-impatt ħażin tat-traffiku.

Biex inħajjru mobilita nadifa, kunsilliera tal-AD jaħdmu biex racks għar-roti jitwaħħlu ħdejn il-waqfiet tal-linja prinċipali u ħdejn ċentri kummerċjali u pjazzez u ġonna fil-lokalitajiet.  Jitolbu biex il-Kunsill Lokali jikkummissjona pjan għall-mobilita fil-lokalita b’miri ċari fil-qrib, l-medju terminu u fit-tul.

Kunsilliera ta’ AD jitolbu biex tiġi implimentata limitu ta’ veloċita ta’ 30kph f’żoni residenzjali biex tiżdied is-sigurta fit-toroq residenzjali u biex in-nies iħossuhom aktar komdi jimxu u jużaw ir-rota fil-komunita tagħhom.

Faċilitajiet għall-komunita kollha

Kull komunita għandu jkollha faċilitajiet xierqa biex il-Kunsill jkun jista’ joffri servizzi xierqa lir-residenti u l-għaqdiet fil-komunita. Librerija u sala għal laqgħat u attivitajiet huma essenzjali.  Sfortunatement il-Gvern ħalla ‘l bosta lokalitajiet mingħajr r-riżorsi biex jkollhom ċentru xieraq tal-komunita. Kunsilliera ta’ AD ma jaqblux li Kunsilli Lokali għandu jispekula fil-propjeta biex ikun jista’ jibni jew jixtri ċentru tal-komunita xieraq.  Ninsistu li l-Gvern għandu jgħin u jaġevola Kunsilli Lokali li għandhom bżonn jinvestu f’ċentru tal-komunita xieraq.

Insaħħu u nsostnu r-riċiklaġġ

Filwaqt li kunsilliera’ ta’ AD jaħdmu biex jonqos l-iskart, jaħdmu wkoll sabiex l-iskemi għar-riċiklaġġ fil-komunita jirnexxu. Kunsilliera tal-AD jinsistu mal-Kunsill u l-operaturi ta’ dawn l-iskemi li l-bring-in-sites jinżammu nodfa u jinsistu fuq politika ta’ tolleranza – zero għal min jabbuża minn dawn is-siti.

Kunsilliera ta’ AD jappoġġjaw skemi u inizjattivi ta’ riċiklaġġ fil-komunita, kif ukoll jaraw kif itejjbu l-iskemi u li dawn jinfirxu għal affarijiet oħra, bħal ħwejjeġ u materjal ieħor.

Enerġija nadifa

Kunsilliera ta’ AD jipproponu użu akbar ta’ enerġija nadifa, sabiex jonqos it-tniġġis u tonqos id-dipendenza fuq energija li dejjem qed togħla fil-prezz. Dan jinkludi  użu ta’ apparat li jnaqqas l-użu tal-elettriku fil-lokalita, fosthom fil-ġonna, t-toroq u l-bini tal-kunsill permezz ta’ bozoz energy saving, LED u pannelli solari. Fil-proċess ta’ bidla, jiġu ġġenerati aktar ‘green jobs’.

Komunitajiet ħajjin, vibranti u solidali

Kunsilliera ta’ AD jaħdmu bi sħab ma’ komunitajiet lokali, individwi, għaqdiet non-governattivi, u oħrajn, f’kuntest ta’ konsultazzjoni kontinwa. Fejn vijabbli u fejn possibbli Kunsilliera Lokali ta’ AD jitolbu li l-Kunsill jimpjega persuna bil-kwalifiċi jew esperjenza neċessarji bħala Youth and Community Worker. Din l-persuna tmexxi u torganizza servizzi u attivitajiet li jibnu s-sens ta’ komunita u solidarjeta bejn ir-residenti tal-lokal u tiffaċilita l-aċċess għal servizzi għal persuni vulnerabbli u f’riskju ta’ faqar.

Ġirien tajba

Alternattiva Demokratika taħdem biex ir-regoli ta’ ‘bon viċinanza’ bejn il-ġirien jiġu rispettati.  Stabbilimenti kummerċjali għandhom jirrispettaw id-dritt għall-kwalita’ tal-ħajja u għall-mistrieh tar-residenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħsejjes, storbju, ħmieġ u rwejjaħ. Is-sitwazzjoni fejn il-Kunsilli Lokali mhux involuti fl-għoti tal-liċenzji tal-operat tan-negozji u l-kundizzjonijiet tal-operat mhux aċċettabbli.

Il-programm f’għoxrin punt:

Advertisements
Post a comment or leave a trackback: Trackback URL.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: